Msida Local Council Ongoing Project

Civic Centre

It was way back in 1997, that the Msida Local Council started planning on building a Civic Centre, today found at Pjazza Menqa, Msida. Through this Centre, the Council aimed to be able to better deliver all its services, whilst having the physical capacity to deliver services effictiently as in the private sector. Following years of planning and negotiations, it was in February 2007, that the construction of the Centre started, with it’s official opening being on the 3rd of February 2008.

read more

Air Quality

airquality
Air Quality

eNewsletter

Monthly eNewsletter



Press Release by Hon. Dr Chris Said PDF Print E-mail
Thursday, 29 April 2010 08:04

XOGĦLIJIET FUQ TOROQ, LIBREIJA U ĊENTRU TAL-INFORMATIKA ĠODDA FL-IMSIDA

 

Fl-Imsida bħalissa għaddejjin xogħlijiet estensivi fuq Triq il-Baċir fejn se jitqiegħed main ġdid tal-ilma u se jsir resurfacing tat-triq.  F’din it-triq ġa sar xogħol fuq il-bankini li ġie finanzjat mill-Urban Improvement Fund li għen biex il-Kunsill Lokali tal-Imsida wettaq ukoll xogħlijiet fuq żewġ sqaqien filwaqt li permezz ta’ fondi oħra għamel xogħol estensiv ta’ embellishment tat-toroq.  Aktar tard din is-sena l-Kunsill se jniedi wkoll proġett ta’ maniġġjar tat-traffiku u post għall-parkeġġ.

 

Waqt żjara li għamel fuq ix-xogħlijiet, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said, qal li l-Gvern qed jgħin lill-kunsilli lokali biex iwettqu xogħlijiet fuq it-toroq mhux biss permezz ta’ żieda fl-allokazzjoni diretta, iżda wkoll permezz ta’ tibdil fil-liġi fejn issa l-kunsilli lokali jistgħu jidħlu f’public private partnership ma’ kuntratturi privati u permezz ta’ dan jibbenefikaw minn żieda fl-allokazzjoni għat-toroq.

 

Il-Kunsill Lokali tal-Imsida se jidħol f’public private partnership sabiex isir xogħol fuq Triq il-Punent u Triq il-Prinċipessa Margerita bi stima totali ta’ aktar minn 84,000 Euro.  Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li kien hemm 39 kunsill lokali li applikaw biex jidħlu f’public private partnership.

 

Is-Segretarju Parlamentari żar ukoll il-bini taċ-Ċentru Ċiviku tal-Imsida fejn inawgura librerija ġdida u ċentru tal-ICT.  Il-librerija tal-Kunsill Lokali tal-Imsida illum fiha madwar 5,000 ktieb li inxtraw grazzi għall-finanzjament mill-Kunsill Lokali, donazzjonijiet mill-banek lokali u mill-fond tal-Gvern għal-libreriji lokali.  Il-librerija tinsab ukoll fuq in-network nazzjonali tad-Dipartiment tal-Libreriji.

 

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li 56 librerija f’Malta u Għawdex ġew devoluti lill-kunsilli lokali, u kunsilli lokali oħrajn bħall-Imsida, Kalkara, Ħal Tarxien, l-Għasri u Ta’ Xbiex waqqfu l-librerija tagħhom.  Huwa qal li dan wassal biex ikun hemm titjib fl-infrastruttura tal-libreriji, kompjuterizzazzjoni tas-sistema, żieda qawwija fil-kotba u ħinijiet tal-ftuħ itwal u aktar konvenjenti għar-residenti.

 

Is-Segretarju Parlamentari qal li s-sena l-oħra l-Gvern irdoppja l-allokazzjoni tal-kunsilli lokali għal-libreriji u ra li dawn il-flus jintefqu biss f’kotba.  B’riżultat ta’ dan, fl-2009 il-kunsilli lokali nvestew aktar minn 230,000 Euro fil-libreriji.  L-iskema ġiet ripetuta din is-sena. 

 

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal ukoll li matul din is-sena se jsir studju biex jiġu identifikati l-oqsma li jridu jiġu indirzzati biex ikompli jitjieb is-servizz bħal aċċessibilita`, ħinijiet, proċess tas-self ta’ kotba, użu aħjar tat-teknologija u taħriġ għal-librara.

 

Biex ir-residenti tal-Imsida jkunu jistgħu jibbenefikaw minn Ċentru tal-Informatika, il-Kunsill Lokali daħal fi ftehim mal-kumpanija TCTC sabiex jiġu provduti 14 -il computer u qed jingħataw żewġ korsijiet fis-sena b’xejn lir-residenti.  Dr Chris Said qal li l-informatika hija importanti ħafna fil-ħajja tal-lum u l-kunsilli lokali għandhom jagħmlu minn kollox biex jieħdu t-teknoloġija eqreb lejn ir-residenti u jagħmluha aktar faċli biex kulħadd ikollu aċċess għat-tagħlim f’dan is-settur.

 

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said għalaq billi rringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Imsida għax-xogħol li qed iwettaq u ħabbar li l-uffiċċji taċ-Ċentru Ċiviku tal-lokalita` se jospitaw l-uffiċċju tal-Kumitat Reġjonali Ċentrali tal-Kunsilli Lokali.

 

DOI – 28.04.2010